Sample Translations - Maltese

Ir-Reġistru tal-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren

Jekk tkun mistieden/mistiedna biex tieħu parti fil-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren, id-dettalji tiegħek jinżammu fir-Reġistru tal-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren. L-HIC, l-istess organizzazzjoni li żżomm ir-rekords tal-Medicare tiegħek, iżżomm ir-Reġistru.

Informazzjoni miżmuma fir-Reġistru hija protetta mil-liġi u d-dettalji personali tiegħek jinżammu privatament u konfidenzjali, u ma jkunux mikxufa kontra l-liġi.

X’jagħmel ir-Reġistru Ir-Reġistru

  • jistieden nies li jkollhom minn 55 sa 74 sena biex jieħdu sehem fl-iskrinjar tal-kanċer ta’ l-imsaren
  • jibgħat ittri biex ifakkar lin-nies li ma jkunux bagħtu l-FOBTs tagħhom lil-laboratorju f’sitt ġimgħat
  • iżomm kuntatt ma’ nies b’riżultat pożittiv ta’ FOBT biex
    jgħinhom jiżguraw li jieħdu l-kura medika xierqa
  • javża lin-nies meta jkun wasal iż-żmien tagħhom għat-test ta’ l-iskrinjar li jkun imiss
  • jiġbor informazzjoni dwar parteċipazzjoni fil-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren, inkluża l-istorja ta’ skrinjar u riżultati ta’ testijie

PROGRAMM PILOTA TA’ SKRINJAR TAL-KANĊER TA’ L-IMSAREN
Fl-Awstralja l-kanċer ta’ I-imsaren huwa l-kanċer l-aktar komuni li jaffettwa kemm l-irġiel kif ukoll lin-nisa u huwa t-tieni l-aktar kawża komuni ta’ mewt li għandha x’taqsam mal-kanċer wara l-kanċer tal-pulmun. Madwar 90 Awstraljan imutu kull ġimgħa mill-kanċer ta’ l-imsaren.

Madankollu, l-aħbar it-tajba hija li l-kanċer ta’ I-imsaren huwa wieħed mill-aktar tipi ta’ kanċer li jistgħu jkunu kkurati jekk jinstab kmieni. Skoperta kmieni toffri l-aħjar tama għat-tnaqqis tan-numru ta’ Awstraljani li jmutu mill-kanċer ta’ l-imsaren.

Test sempliċi, li jista’ jsir fid-dar u jintbagħat biex ikun analizzat, issa jista’ jsir għal skrinjar ta’ kanċer ta’ l-imsaren. Meta tagħmel dan it-test regulari, inti tista’ tnaqqas ir-riskju tiegħek li tmut mill-kanċer ta’ l-imsaren b’terz. Dan ifisser li l-iskrinjar għall-kanċer ta’ I-imsaren jista’ jsalva l-ħajjiet.

X’inhu l-kanċer ta’ l-imsaren?
Il-kanċer ta’ I-imsaren huwa xi ħaġa malinna li tikber li tiżviluppa l-biċċa l-kbira fil-musrana l-kbira (il-kolon u r-rektum tiegħek). L-imsaren tiegħek huma parti mis-sistema diġestiva ta’ l-ikel tiegħek. Jikkonnettjaw l-istonku tiegħek u l-anus tiegħek, fejn materjal ta’ ħmieġ mhux meħtieġ (magħruf bħala moviment ta’ I-imsaren jew ħmieġ tal-bniedem) jgħaddi ‘l barra mill-ġisem. Il-biċċa l-kbira tal-kanċers ta’ I-imsaren
jiżviluppaw minn xi ħaġa żgħira li tikber li tissejjaħ polipu. Il-polipi jidhru bħal tikek żgħar fuq l-inforra ta’ I-imsaren jew bħal ċirasa fuq iz-zkuk. Mhux il-polipi kollha jiżviluppaw f’kanċer. Jekk il-polipi jitneħħew, ir-riskju tiegħek ta’ kanċer ta’ I-imsaren jitnaqqas.

Il-kanċer ta’ I-imsaren jista’ jiżviluppa mingħajr xi sinjali ta’ twissija kmieni. Il-kanċer jista’ jikber fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ I-imsaren għal diversi snin qabel jinxtered għal partijiet oħra tal-ġisem tiegħek. Ħafna drabi ammonti żgħar ta’ demm inixxu minn dak li jkun qed jikber ġewwa u jgħaddu waqt il-moviment ta’ I-imsaren qabel ikunu nnutati xi sintomi.

It-Test ta’ l-Iskrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren: FOBT
It-test ta’ l-iskrinjar tal-kanċer ta’ I-imsaren jissejjah Faecal Occult Blood Test (FOBT) u jista’ jiskopri ammonti żgħar ta’ demm waqt moviment ta’ I-imsaren tiegħek.

Il-FOBT huwa test sempliċi li inti tagħmel fid-dar tiegħek stess qabel jintbagħat lil-laboratorju tal-patoloġija għal analiżi. It-test huwa ta’ malajr, ħafif u mingħajr uġigħ. Biex iżżid iċ-ċansijiet li tiskopri ammonti żgħar ta’ demm waqt moviment ta’ l-imsaren tiegħek, inti jkollok bżonn tieħu kampjuni minn żewġ okkażżjonijiet separati meta tmur it-toilet.

Jekk ikun hemm preżenza ta’ xi demm fil-kampjuni li inti tibgħat il-laboratorju (magħruf bħala test pożittiv), inti tkun mitlub/a li tikkuntattja lit-tabib tiegħek billi l-kawża tad-demm trid tkun investigata.

X’aktarx li t-tabib tiegħek jirrakomanda li inti tagħmel colonoscopy biex isib il-kawża tad-demm.

Min għandu riskju tal-kanċer ta’ l-imsaren?
Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa għandhom riskju li jiżviluppaw kanċer ta’ I-imsaren u r-riskju huwa akbar għal nies:

  • li għandhom 50 sena jew aktar – ir-riskju jiżdied maż-żmien
  • bi storja fil-familja ta’ kanċer ta’ I-imsaren jew polipi
  • li kellhom mard ta’ infjammazzjoni ta’ l-imsaren
  • li qabel kellhom tipi speċjali ta’ polipi, imsejħa adenomas, fl-imsaren

Il-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal- Kanċer ta’ l-Imsaren
Fl-erba’ snin li ġejjin sa 69,000 Awstraljan bejn l-eta’ ta’ 55 sena u 74 sena f’Jannar 2003 u li joqogħdu f’partijiet ta’ South u West Adelaide, Nort East Melbourne jew Mackay Queensland, se jkunu mistiedna biex jieħdu sehem fl-iskrinjar tal-kanċer fl-imsaren.

Il-Gvern Federali alloka $7.2 miljun għall-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ I-Imsaren biex jgħin isib kmieni l-kanċer ta’ I-imsaren u jnaqqas in-numru ta’ Awstraljani li jmutu kull sena mill-marda. Ir-riżultati tal-Programm Pilota jgħinu lill-Gvern jippjana għal programm nazzjonali ma’ l-Awstralja kollha.